F’rikors li żewġ kumpaniji u ndividwu ppreżentaw fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Prim Ministru u l-Kummissarju tal-Artijiet dawn qegħdin jgħidu li ġew imqarrqa għax il-Kummissarju tal-Artijiet ma ppubblikax id-dettalji ta’ skema ta’ biċċa art, fejn kien hemm riduzzjoni fuq il-propjeta’.
Qalu li kieku kienu jafu b’din l-iskema kieku kienu jiffranklaw eluf kbar ta’ ewro u għaldaqstant qegħdin jitolbu lill-Qorti biex jingħatw id-danni lura li sofrew minħabba li baqgħu fl-għama.
Ir-rikors sar fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili minn Falsons Constructions Limited, Falgri Limited u Jeffrey Falzon. Dawn qalu li huma sidien ta’ propjeta’ diviża magħrufa bħala Plots 12, 13, 14, 15, u 16 ġewwa Triq il-Qalb ta’ Ġesu, f’Bugibba bil-kejl ta’ madwar 628 metru kwardu, liema propjetajiet huma akkwistaw permezz b’att pubbliku 18 ta’ Novembru 2005.
L-Uffiċċju Konġunt ta’ dak iż-żmien kien irreġistra titolu definittiv fir-reġistru tal-artijiet. B’konsegwenza ta’ dan huma pproċedew b’kawża kontra l-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u l-Investiment, id-Direttur ta’ l-Uffiċċju Konġunt, Kummissarju ta’ l-Artijiet u l-Avukat Ġenerali.
Waqt li kienu għaddejjin il-proċeduri, u wara negozzjati mal-awtoritajiet, is-sidien daħlu f’ kuntratt fejn xtraw din il-propjeta bi prezz ta’ €446,000. Dan il-kuntratt sar fit-2 ta’ Ottubru 2012.
Sussegwentement ġie pubblikat avviż fil-Gażżetta tal-Gvern tat-30 ta’ Novembru 2012, lanqas xahrejn wara l-iffirmar tal-kuntratt, fejn propjetarji oħra fl-istess triq, ingħataw il-fakulta li jixtru l-propjeta li kienet għadda l-Gvern bi prezz ridott.
Kieku ngħataw l-istess fakulta’ s-sidien kienu jħallsu madwar €27,144 għall-fondi u €27,000 għal-garaxxijiet. B’hekk dan kien igib l-ammont ta’ €54,144.
Għalhekk jidher ċar li meta kien qiegħed isir il-ftehim li wassal għall-kuntratt ta’ 2 ta’ Ottubru 2012, l-iskema msemmija kienet diġa ppjanata mill-awtroritajiet u għalhekk il-kuntratt sara b’intenzjoni ħażina minn naħa ta’ l-ostess awtoritajiet. Ir-rikors kien ifirmat mill-Avukati David Camilleri u Joseph Gatt.
//= $special ?>
