Minkejja li m’għandha l-ebda membru li qed jaqla’ €13,000 fix-xahar, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista lesta li tibqa’ tiddiskuti kwalunkwe abbozz ta’ liġi importanti, bħalma huwa dak dwar l-Enemalta, anke fix-xahar ta’ Awwissu. Għall-kull deputat tal-Oppożizzjoni, l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi jiġu qabel kwalunkwe interess personali ieħor.
Fi stqarrija il-Partit Nazzjonalista saħaq li anke f’dan il-każ, l-Oppożizzjoni qed tkun l-uniku vuċi tal-poplu Malti u Għawdxi quddiem Prim Ministru li qed jagħmel kollox ħlief li jkun trasparenti.
L-Parlament Malti huwa wieħed demokratiku u għalhekk, l-Oppożizzjoni qed tibqa’ tinsisti li dawn id-dokumenti jiġu ppubblikati. Il-Parlament Malti jirrapreżenta lill-poplu Malti u Għawdxi u għalhekk għandu kull dritt li jkollu l-informazzjoni kollha li hemm bżonn qabel jiddibatti u wisq aktar jivvota dwar liġi f’settur daqstant importanti għal pajjiżna bħalma huwa dak tal-enerġija.
Fl-istqarrija il-Partit Nazzjonalista kkonkluda li l-poplu Malti ġie mwiegħed Gvern trasparenti. Issa wasal iż-żmien biex Muscat iżomm ma’ din il-wegħda.
//= $special ?>