Il-Palestine Solidarity Network Malta l-Ħamis filghodu ġabar numru ta’ Palestinjani, Maltin kif ukoll għaqdiet oħra f’mixja ta’ solidarjeta favur il-poplu Palestinjan.
Fil-bidu tal-mixja, li bdiet mid-daħla tal-belt u kompliet tul Triq ir-Repubblika, Andre Callus mill-Palestine Solidarity Network Malta ddeskriva s-sitwazzjoni f’Gaza bħala attakk terroristiku mill-Iżrael fuq il-poplu Palestinjan.
Hu qal li l-poplu Palestinjan ilu 66 sena jsofri l-oppressjoni mill-Iżrael.
Callus appella wkoll għas-solidarjeta’ mill-komunita’ internazzjonali u qal li ma jistax ikun li sitwazzjoni li ilha sejra 66 sena tibqa’ ma tittiħidx azzjoni. Qal li d-dinja trid timponi boycott fuq l-Iżrael.
Fl-aħħar jiem is-sitwazzjoni kompliet tiskala b’attakki botta u risposta bejn l-Iżrael u l-Palestinjani bin-numru ta’ vittmi dejjem jiżdied.
//= $special ?>