Il-Gvern Ingliż qed jikkunsidra li jgħolli l-multi għal min jinqabad juża l-mowbajl waqt li jkun qed isuq.
Fir-Renju Unit hemm sistema li permezz tagħha lis-sewwieq jitnaqqsulu l-punti u wara li jitnaqqas ċertu ammont, titneħħielu l-liċenzja u jittieħdu passi aktar severi. Skont il-proposti l-ġodda, persuna tkun projbita milli ssuq jekk f’perjodu ta’ tliet snin tinqabad darbtejn issuq u tuża l-mowbajl.
Il-proposta saret minn Bernard Hogan-Howe, il-Kap tal-Pulizija Ingliża, minħabba l-ammont allarmanti ta’ nies li qed jinqatlu jew jindarbu serjament f’inċidenti tat-traffiku waqt li jkunu qed jużaw il-mowbajl.
Fl-2011, l-użu tal-mowbajl waqt is-sewqan kien responsabbli għal 23 mewta u 74 feriment serju.
//= $special ?>

