Hemm spekulazzjoni fil-media Ingliża li Kate, mart il-Prinċep William, reġgħet tqila. Dan wara li ħabiba tagħha, Jessica Hay, żvelat dan ma’ rivista Awstraljana.
S’issa iżda, Buckingham Palace qed jirrifjuta li jikkummenta dwar din l-ispekulazzjoni imma Hay hi konvinta li dalwaqt tingħata aħbar uffiċjali.
Din mhix l-ewwel darba li kien hemm spekulazzjoni li Kate, id-Dukessa ta’ Cambridge, reġgħet tqila, minħabba li l-istess ġara dan l-aħħar, meta flimkien mar-raġel tagħha żaret New Zealand.
Min-naħa l-oħra, nies qrib id-Dukessa qalu li Hay mhix qrib ħafna ta’ Kate imma fl-istess ħin kienet hi li kixfet li Kate kienet tqila bit-tifel George u mbagħad l-aħbar kienet konfermata meta Kate kellha tiddaħħal l-isptar għaliex kien ħassha ħażin minħabba t-tqala. Il-ġimgħa d-dieħla George jagħlaq sena. Hu kien twieled fit-22 ta’ Lulju.
//= $special ?>

