Lokali

Tinqaleb karozza f’Raħal Ġdid u oħra f’Ħal-Lija

Mara ta’ 36 sena ddaħħlet l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza wara li nqalbet bil-karozza f’Raħal Ġdid.

Dan wara li l-karozza tat-tip Toyota Ractis li kienet qed issuq il-mara laqtet karozza oħra li kienet ipparkjata mal-ġenb tat-triq.

L-inċident seħħ kmieni llum wara nofsinhar qrib l-istitut ta’ San Ġużepp f’Raħal Ġdid.

Aktar tard, karozza oħra inqalbet f’Mosta Road, f’Ħal-Lija.

Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.

Ritratt ta’ www.maltesetraffic.com