L-Oppożizzjoni ma tistax taqbel ma pożizzjoni li dwarha ma taf xejn – Mario de Marco
Mario de Marco, il-Viċi Kap tal-PN għal ħidma tal-Parlament qal li l-Oppożizzjoni ma tistax taqbel ma pożizzjoni dwar il-liġi tal-privatizzazzjoni tal-Korporazzjoni Enemalta minħabba li l-Oppożizzjoni m’għandhiex l-informazzjoni meħtieġa.
Hu kien qed jitkellem fl-aħħar seduta tal-Parlament dwat l-Att dwar it-trasferiment, id-drittijiet, id-debiti u l-obbligi tal-Enemalta li kien approvat bi 33 vot favur u 27 kontra wara li saret division.
Mario de Marco qal li filwaqt li hu tajjeb l-Gvern kien qed iressaq soluzzjonijiet biex jindirizza l-isfidi tas-settur tal-enerġija, dan ma jfissirx li dawn is-soluzzjonijiet huma dejjem l-aħjar. Hu qal minkejja dak li qed jgħid il-Gvern, id-dibattitu dwar il-privatizzazzjoni tal-Enemalta kien qed isir minħabba li l-Gvern iffirma memorandum of understanding ma Shangai Electric biex din tieħu f’idejha numru ta’ ishma tal-Enemalta, liema numru qatt ma kien ikkonfermat mill-Gvern. Fakkar ukoll li b’dan il-ftehim, Shangai Electric kienet se tixtru l-impjant tal-BWSC li kien sar mill-Gvern Nazzjonalista u li tant kien ikkritakat mill-Oppożizzjoni Laburista fis-snin li għaddew.
Kelliema oħra fis-seduta kienu id-Deputati Nazzjonalisti Claudio Grech, Kristy Debono u Stephen Spiteri. Fredrick Azzoppardi kif ukoll id-deputat laburista Joe Debono Grech.
Il-winding-up sar mill-Ministu għall-Energija u s-Saħħa Konrad Mizzi.
Ta min jinnota li fil-winding-up tiegħu, il-Ministru Konrad Mizzi baqa ma weġibx il-bosta mistoqsijiet li saru mill-kelliema tal-Oppożizzjoni. Fi tmiem il-winding-up, l-Oppożizzjoni talbet division.
//= $special ?>