Il-President Amerikan Barack Obama iddeskriva t-tiġrif tal-ajruplan tal-linja ta’ l-ajru Malaysian Airlines fil-lvant tal-Ukrajna bħala azzjoni mill-aktar xokkanti. Obama kellu ukoll kliem iebes għar-Russja hekk kif s-servizzi sigrieti Amerikani saħqu li r-ribelli responsabbli mill-attakk kienu qegħdin jiġu mgħejuna mir-Russja.
Obama saħaq li r-ribelli waħedhom ma’ kellhomx l-abbilita’ li jwettqu dawn it-tip ta’ attakki u sostna li kien possibli biss li jsir dan għaliex kienu rċivew tgħamir u taħriġ mir-Russja. “Ser naċċertaw li l-verita’ toħroġ u li dawk responsabbli jħallsu ta’ għemilhom saħaq il-President Amerikan.
Minn naħa tiegħu l-President Russu Vladimir Putin saħaq li r-Russja ma’ kellha ebda sehem fl-inċident li fih tilfu ħajjithom 298 persuna.
Kliem iebes ukoll mill-Prim Ministru tal-Ukrajna Arseniy Yatsenyuk li sejjaħ l-inċident bħala att ta’ terroriżmu filwaqt li tefa’ t-tort kollu fuq ir-Russja. Yatsenyuk talab ukoll sabiex it-tribunal internazzjonali f’The Hague tinvestiga dan il-każ.
//= $special ?>

