Lokali

Konferenza dwar perspettivi ta’ ‘Rainbow Families’

Fl-okkażjoni ta’ Pride Week, il-Malta Gay Rights Movement, il-Fondazzjoni Aditus u l-Universita’ ta’ Malta organizzaw konferenza dwar Perspettivi ta’ Familji LGBTI, li għaliha attendiet il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Libertajiet Ċivili Helena Dalli.

Waqt li kienet qed tindirizza l-konferenza, il-Ministru Helena Dalli qalet li l-liġi tal-unjoni ċivili approvata mill-Parlament f’April li għadda provdiet drittijiet ugwali għal persuni li jixtiequ jidħlu f’unjoni ċivili – irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali tal-persuna.

Helena Dalli qalet li tħares ‘il quddiem lejn il-ġurnata meta kulħadd iħares lejn l-orjentazzjoni sesswali bħala stat ta’ fatt, fejn ma jkunx hemm il-bżonn ta’ konferenzi ta’ din ix-xorta, biex minflok ikunu diskussi l-familji skont id-diversita’ tagħhom.