Lokali

L-Air Malta tbiddel ir-rotta tat-titjiriet lejn Moska

Wara l-aħħar żviluppi fl-Ukrajna b’effett immedjat u bħala miżura ta’ prekawzzjoni l-linja nazzjonali ta’ l-ajru l-Air Malta ser tkun qegħda timmodifika it-titjiriet tagħha lejn Moska sabiex ma ttirx min fuq spazju Ukren. Fi stqarrija l-Air Malta qalet li hija dejjem tpoġġi is-sigurta tal-passiġieri bħala l-ewwel prijorita’.

L-istqarrija spjegat li ż-żoni ristretti bħalissa huma fil-lvant tal-Ukrajna u l-peniżola tal-krimeja. L-spazju fuq il-punent tal-Ukrajna għadu miftuħ u bosta linji ta’ l-ajru Ewropej għadhom qed joperaw it-titjiriet tagħhom f’din iż-żona b’mod normali inkluż lejn il-kapitali Kiev.