Internazzjonali

L-Iżrael ordna attakki mill-art fuq Gaza

Il-Ħamis filgħaxija il-militarju Iżraeljan ta’ l- bidu għall-invażżjoni mill-art tal-medda ta’ Gaza. Dan wara 11-il ġurnata ta’ attakki mill-ajru ta’ ‘rockets’ minn Gaza. Dan wara li sforzi għal waqfien mill-ġlied sfumaw mix-xejn. Minn naħa tiegħu il-Hamas wissa li l-Izrael se jħallas prezz għoli għal dawn l-azzjonijiet.

Din l-invazzjoni mill-Izrael ġiet ordnata mill-Prim Ministru Izraeljan, Benjamin Netanyahu wara ġranet ta’ attakki militari bejn iż-żewġ naħat. Il-Ministru tas-Saħħa ta’ Gaza qal min nar il=Ħamis ġew maqtula 11-il Palestinjan fosthom tarbija ta’ ħames xhur.

Minn meta bdew dawn l-attakki fit-8 ta’ Lulju, ġie rapurtat li tilfu ħajjithom mitejn, tmienja u ħamsin Palestinjan filwaqt li bosta Iżraeljani ndarbu fil-ġlied bejn iż-żewġ naħat.