Żewġ żagħażugħ ġew mixlijin quddiem il-Maġistrat Miriam Hayman li kważi tliet xhur ilu serqu trakk Morris BMC minn Ħal-Qormi li kien fi propjeta’ privata u li wara biegħuh għal madwar elf ewro. Huma wieġbu li mhumiex ħatja għall-akkużi miġjubin kontrihom u ngħataw il-liberta’ proviżorja fuq garanzija personali ta’ of €10,000.
Jurgen Gatt ta’ 22 sena minn Ħaż-Żebbuġ u of James Azzopardi ta’ 25 sena minn Ħal-Qormi, ġew mixlijin li serqu t-trakk minn Triq il-Kanun fit-23 ta’ April li għadda għall-ħabta tat-3.30 a.m.
Kienu mixlijin ukoll li biegħu t-trakk fl-istess lejl tas-serqa. Mill-provi rriżulta li s-serqa saret biex t-trakk jinbiegħ għall-parts fejn dan instaq sal-Marsa fejn inbiegħ lil ta’ li “scrap”.
James Azzopardi ġie mixli wkoll li saq it-trakk misruq filwaqt li Jurgen Gatt ġie mixli li kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta’ proviżorja. L-Avukat Robert Montaldo deher għalr James Azzopardi, filwaqt li l-Avukat Mark Busuttil deher għal Jurgen Gatt.
//= $special ?>

