Internazzjonali

Netanyahu iwissi dwar aktar operazzjonijiet militari f’Gaza

Il-Prim Ministru ta’ Iżrael Benjamin Netanyahu qal li l-pajjiż kien lest iwessgħa l-operazzjoni militari f’Gaza b’mod sinjifikanti. Huwa saħaq li l-mira kienet ix-xibka ta’ mini tal-Ħamas u spjega li dawn il-mini ma’ jistgħux jitkissru mill-ajru.

Eluf ta’ truppi ta’ Iżrael daħlu f’partijiet minn Gaza il-Ħamis filgħaxija bil-grupp militanti Ħamas jaħlef li ta’ dan l-istat ta’ Iżrael kien ser iħallas prezz għoli ħafna.

Minn naħa tagħha in-Nazzjonijiet Uniti qalet li al-ammont ta’ nies mingħajr dar f’Gaza kien tela għal erbgħin elf ruħ.

Intant dwar is-sitwazzjoni fil-lvant nofsani tkellmet ukoll il-kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel fejn filwaqt li saħqet li kull naħa għandha taċċetta l-kompromessi saħqet li l-istat ta’ Iżrael kellu d-dritt jiddefendi ruħu min dawk li hi ddeskriviet bħala armi ta’ kwalita’ ġdida li kienu qegħdin jużaw il-Ħamas.