Philipp Lahm, captain tat-tim Nazzjonali Ġermaniż rebbieħ tal-aħħar Tazza tad-Dinja fil-Brażil ħabbar uffiċjalment li se jirtira mix-xena internazzjonali.
Id-difensur ta’ Bayern Munich li għandu 30 sena, u li mal-club għandu kuntratt imġedded sal-2018 laghab xejn anqas minn 113 il-partita għal pajjiżu.
Il-Federazzjoni Ġermaniża tal-football ikkonfermat id-deċiżjoni li ha Lahm .
L-istess Federazzjoni rringrazzjat lil Lahm għal kontribut mill-aqwa li ta lit-tim Nazzjonali mid-debutt tiegħu fi Frar tas-sena 2004 fir-rebħa ta’ 2 – 1 kontra l-Kroazja.
Il-President tal-Federazzjoni Wolfgang Niersbach ikkonferma illi l-istess Lahm ikkuntattjah u għarrfu bid-deċiżjoni. L-istess Niersbach qal wkoll li kien għalxejn li pprova jipperswadi lil Lahm sabiex ikompli.
Phillipp Lahm beda ma Bayern Munich fl-eta’ żgħira ta’ 11 il-sena u mis-sena 2011 huwa wkoll captain tat-tim.
Bejn l-2003 u l-2005 kien mar b’self ma’ Stuttgart. Kemm ilu ma’ Bayern Munich rebaħ kemm iċ-Champions League, il-Kampjonat Ġermaniż u t-Tazza Ġermaniża.
//= $special ?>

