Real Madrid ħabbru li akkwistaw lill-midfielder Ġermaniż Toni Kroos mingħand Bayern Munich. Kroos, li għadu kemm rebaħ it-Tazza tad-Dinja fil-Brażil iffirma kuntratt ta’ sitt snin. Kroos lagħab għal aktar minn 200 partita ma’ Bayern u magħhom rebaħ tliet darbiet il-kampjonat, tliet darbiet it-tazza domestika u ċ-Champions League. Real ħallsu s-somma ta’ 30 miljun ewro.
Sena oħra Kroos kien se jiskadielu l-kuntratt u kien hemm diversi klabbs interessati fih fosthom Man Utd. Kroos lagħab 51 darba mat-tim nazzjonali Ġermaniż. Kroos, li għandu 24 sena, hu mistenni jimla l-post vakant li se jħalli Sami Khedira li hu mistenni jingħaqad ma’ Arsenal jew ma’ Chelsea.
//= $special ?>

