Lokali

Riċerka u studju miġbura f’sett ta’ kotba

Id-Dipartiment tal-Kriminoloġija fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta għall-aħħar xhur kien qed jaħdem fuq proġett finanzjat mill-Unjoni Ewropea biex jsitudja r-rabta bejn il-problemi soċjali, ir-reat u l-użu tal-art; jiġifieri l-bini u l-akkomodazzjoni soċjali.

Biex dan isir, id-Dipartiment tal-Kriminoloġija f’pajjiżna ħadem ma’ entitajiet fi Trapani fi Sqallija biex setgħet tiġi studjata l-ħajja fid-dawl ta’ dawn it-tleit punti.

Din ir-riċerka u studju nġabru f’sett ta’ kotba li ġew ippreżentati mill-kap tad-Dipartiment Jacqueline Azzopardi, li kienet akkumpanjata minn lecturers u esperti fi ħdan l-istess Dipartiment, lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

Għal din il-preżentazzjoni kienet preżenti wkoll il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Ewropej Marthese Portelli.

Fi tmiem il-preżentazzjoni tkellimna ma’ Jacqueline Azzopardi dwar l-istudju li wettaq id-dipartiment li tmexxi.

Din ir-riċerka sabet numru ta’ punti komuni bejn iż-żewġ pajjiżi, madankollu wieħed irid iżomm f’moħħu li Trapani ssofri minn prblema kbira u mifruxa tal-krimini organizzata, jew aħjar il-mafja.