L-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi rebaħ l-appell fil-każ magħruf bħala Ruby Gate. Każ fejn l-eks Prim Ministru Taljan kien nstab ħati li ħallas għas-sess ma’ tfajla taħt l-eta’.
B’hekk il-Qorti ta’ l-Appell ħassret ukoll s-sentenza ta’ sebgħa snin ħabs li kien ingħata Berlusconi b’rabta ma’ dan il-każ li fiċ-ċentru tiegħu kellu liż-żeffiena ta’ nightclub Karima El Mahroug ta’ sbatax il-sena magħrufa bħala ‘Ruby li tisraq il-qlub’.
Fil-preżent Berlusconi qiegħed jiskonta sentenza ta’ servizz fil-kommunita’ wara li f’każ ieħor kien nstab ħati ta’ frodi fit-taxxa.
//= $special ?>

