Internazzjonali

Xaqq ta’ tama fil-Libja wara ftehim għall-waqfien mill-ġlied

Il-militanti li qed jiġġieldu għall-kontroll tal-ajruport internazzjonali ta’ Tripli laħqu ftehim għall-waqfien mill-ġlied. Dan fl-istess ħin li l-Gvern Libjan għamel appell għall-għajnuna lin-Nazzjonijeit Uniti biex ikun evitat li l-pajjiż jispiċċa bħas-Somalja.

Mohamed Abdelaziz, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Libjan, talab il-Kunsill tas-Sigurta tan-NU beix jintbagħtu esperti lejn il-Libja biex iħarġu l-forzi tas-sigurta Libjani biex ikunu kapaċi jżommu l-ordni fil-pajjiż.