Futbol Sport

Alvaro Morata issa player ta’ Juventus

L-attakkant Spanjol Alvaro Morata ingħaqad ma’ Juventus wara li dawn laħqu ftehim ma’ Real Madrid. Juventus fi stqarrija qalu li Morata għamel it-testijiet mediċi illum u b’hekk l-akkwist tiegħu kien imħabbar uffiċjalment illum stess u issa ż-żagħżugħ attakkant Spanjol issa huwa plejer ta’ Juventus.

Jingħad li Juventus laħqu ftehim ma’ Real Madrid għas-somma ta’ 20 miljun Euro, filwaqt li Morata mistenni li jiffirma kuntratt ta’ erba’ snin maċ-champions Taljani. Fil-ftehim iċ-champions Ewropej Real Madrid għandhom klawsola li jistgħu jakkwsitaw lura lil Morata fl-ewwel sentejn għas-somma ta’ 35 miljun euro.

Morata li għad għandu 21 sena skorja 10 gowls f’37 logħba fil-Liga ma’ Real Madrid fl-aħħar erba’ staġuni. Morata mistenni jkompli jsaħħaħ l-attakk Juventin u jingħaqad ma’ l-Ispanjol l-ieħor Llorente u l-Arġentin Carlos Tevez.

Jidher ukoll li l-kowċ il-ġdid Massimiliano Allegri, li ħa post Antonio Conte li ħalla lil Juventus ħabta u sabta, qed jinsisti li Juventus jakkwistaw ukoll lill-midfielder Arġentin ta’ Udinese Roberto Peyrera.