Ambjent Lokali

Birdlife Malta tesprimi tama għal presenza aktar qawwija ta’ Fras-servjent f’Malta

Matul tmiem il-ġimgħa li għaddha ir-riserva naturali ta’ Is-Simar laqgħat fi ħdanha għall-ewwel darba frieħ ta’ Fras-servjent. Il-Maniġer tar-riservi naturali ta’ Birdlife Malta, Mark Gauci, saħaq li li għaqda ila żmien tistenna b’ħerqa din l-okkażjoni. Sostna wkoll li dan is-suċċess huwa mhux biss progress għar-riserva tas-Simar u l-Birdlife imma għal pajjiż.

L-istess speċi ta’ għasfur kellu frieħ ukoll fir-riserva naturali ta’ l-Għadira sabiex b’hekk tiżdied it-tama li dan l-għasfur jibda jkollu l-frieħ f’Malta b’mod regolari.

Id-direttur eżekuttiv ta’ Birdlife Malta Steve Micklewright saħaq li b’aktar riservi madwar Malta u Għawdex jistgħu jinkisbu aktar riżultati. Huwa semma is-Salini bħala żona potenzjali għan dan il-għan.

Ir-riserva ta’ Is-Simar tinstab mgħaluqa għal pubbliku sa’ Novembru ta’ din is-sena.