Diplomatiċi minn madwar id-dinja qablu li tingħata estensjoni ta’ 4 xhur lil Iran sabiex tirrevedi l-programm nukleari tagħha. L-Istati Uniti qablu li se jiżblokkaw madwar żewġ biljuni ta’ dollari Amerikani ta’ fondi Iranjani ffriżati jekk l-Iran tkompli tikkonverti 20% tal-ħażniet tagħha tal-Uranju fi fuel.
Għalkemm numru ta’ mexxejja dinija qed jissuspettaw li dan l-Uranju se jintuża għal armi nukleari, l-Iran qed tinsisti li dan mhuwiex minnu hekk kif se jintuża f’power stations nukleari u għal skopijiet ta’ mediċina
.
Huwa rrappurtat li n-negozjati issa se jkomplu f’Settembru, bid-data finali tingħata għall-24 ta’ Novembru.


