Il-President tal-Istati Uniti Barack Obama qed japoġġja id-dritt ta’ Israel biex jiddefendi lilu nnifisu iżda wissa kontra eskalazzjoni tal-vjolenza fil-medda ta’ Gaza. Obama qal dan waqt laqgħa li kellu mal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu fejn wera t-tħassib tieghu ghal vjolenza fit-territorji in kwistjoni li s’issa issarfu f’iktar minn tlett mija mejtin.
L-imwiet ġew ikkawżati hekk kif wara 11-il ġurnata ta’ sparar ta’ missili mill-Palestina għall-Iżrael, l-Iżraeljani bdew offensiva tal-art f’Gaza liema dan kollu ma waqfitx il-bombardamenti mill-militanti Palestinjani tal-Ħamas fuq l-ibliet Iżraljeani man-naħa l-oħra tal-frutiera.
Intant, is-Segretarju Ġenerali tal-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki Moon kellu jżur ir-reġjun sabiex jservi ta’ medjatur bejn l-Iżrael u l-Ħamas.
//= $special ?>

