Matul l-ewwel sena ta’ din il-leġislatura, il-Parlament approva 20 liġi, tmienja minnhom ġodda. F’din l-istess sena, il-Parlament approva żewġ baġits.
Dan ħareġ mir-rapport annwali tal-Parlament ta’ Malta għas-sena 2013.
Fl-ewwel sena twaqqaf Kumitat Permanenti ġdid, dak dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. Iktar tard matul din is-sena twaqqaf Kumitat Permanenti dwar is-saħħa fuq inizzjattiva tal-Opposizzjoni li sab l-appoġġ tal-Gvern.
Matul din is-sena tressqu 92 mozzjoni, b’ħamsa minnhom ikunu mozzjonijiet privati imressqa mill-Opposizzjoni. Ħdax-il mozzjoni oħra tressqu matul din is-sena.
B’kollox matul l-2013 saru ftit inqas minn sebat’ elef mistoqsija Parlamentari u tqiegħdu ftit iktar minn elfejn dokument fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-maġġoranza tagħhom tweġibiet għal mistoqsijiet Parlamentari segwiti minn rapporti annwali u estimi finanzjarji ta’ entitajiet u korporazzjoni tal-Gvern.
Fl-2013, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati intalab jagħti 14-il ruling dwar kwistjonijiet li tqajjmu kemm fis-seduti plenarji kif ukoll waqt il-laqgħat tal-kumitati.
//= $special ?>