Edukazzjoni Lokali

L-MŻPN jgħid li l-istudenti għandhom dritt li jkunu infurmati bil-marki li ġabu fl-eżamijiet

Il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista fi stqarrija saħaq li ma jistax jibqa’ sieket quddiem sitwazzjoni li aktar ma jgħaddi żmien aktar qed tiggrava. Kull student u studenta għandhom id-dritt li jkunu infurmati bil-marki li ġabu fl-eżamijiet u xogħol ieħor li jkunu wettqu matul is-sena. L-ebda student u l-ebda studenta m’għandhom qatt jispiċċaw vittmi ta’ xi diżgwid bejn lekċerers u awtoritajiet li huma m’għandhom xejn x’jaqsmu magħhom tisħaq l-istqarrija tal-MŻPN.

Fi stqarrija l-MŻPN jgħid li għal darb’ oħra qiegħed jingħaqad mal-Kunsill tal-Istudenti Universitarji f’appell ieħor biex illum qabel għada tinstab soluzzjoni bejn il-Unions tal-lekċerers u l-Gvern dwar il-ftehim kollettiv il-ġdid. L-MŻPN qegħda tagħmel l-appell tagħha liż-żewġ naħat biex minkejja li jeżisti diżgwid bejniethom, ma jintużawx l-istudenti bħala arma biex forsi tinstab xi soluzzjoni.

L-istudenti jinteressahom mill-iżvilupp akkademiku tagħhom u minn xejn aktar itemm l-istqarrija tal-MŻPN.