Internazzjonali

L-Nsara f’Mosul mhedda bil-mewt

L-Nsara fil-belt ta’ Mosul fl-Iraq jinstabu taħt thedida diretta u dan wara li l-grupp militanti ISIS f’messaġġ li nqara fil-moskeji kkontrollati minnhom ordnaw lill-nsara fit-tieni l-akbar belt fl-Iraq sabiex jew jikkonvertu lejn l-Islam jew iħallsu taxxa żejda jew nkella imutu.

“Lill-nsara aħna noffrulhom tlett għażliet: l-Islam, il-kuntratt msejjaħ ‘dhimma’ li jinvolvi l-ħlas ta’ taxxa żejda msejħa ‘jizya’ jew nkella s-sikkina” kien jgħid l-messaġġ. Il-grupp bħalissa jikkontrolla mhux biss il-belt ta’ Mosul iżda bosta bliet fl-Iraq u fis-Sirja. L-nsara ingħataw ultimatum li jiskadi llum.

Bosta nsara ma’ kellhom ebda għażla għajr li jaħarbu minn Mosul lejn Dohuk u Irbil, bliet fir-reġjun tal-Kurdistan. Il-Pattrijarka Louis Sako saħaq li għalhekk għal ewwel darba fl-istorja Mosul kienet belt bla nsara. Huwa qal ukoll li fl-aħħar jiem kien ra bosta militanti jimmarkaw d-djar tal-nsara bl-ittra N għal kelma ‘Nassarah’ li hija l-kelma użata fil-Koran b’referenza għall-nsara.