Membri tal-organizzazzjoni għas-sigurta u l-ko-operazzjoni fl-Ewropa l-OSCE mhumiex qed jingħataw l-aċċess li għas-sit fejn iġarraf l-ajruplan MH17 tal-Malaysia Airlines bl-iskop li jistabilixxu x’ġara eżatt f’dan l-inċident.
Kelliem għall-OSCE qal li s-sit huwa kkontrollat minn grupp ta’ ribelli separatisti li jappoġġjaw lir-Russja. L-Ukrajna qed takkuża dawn ir-ribelli li qed jeqirdu provi ta’ reati internazzjonali fis-sit fejn iġġarraf dan l-ajruplan
Il-missjoni tal-OSCE tifforma parti mill-sforzi internazzjonali li għandhom jistabilixxu x’ikkawża l-inċident tal-ajruplan.
Fost in-nies li kienu abbord l-ajruplan li ġie milqut kien hemm uħud mil-ikbar riċerkaturi u xjenzati fil-qasam tal- AIDS minbarra passiġġieri ta’ nazzjonalita’ diversa.
Dan hu t-tieni f’każ f’temp ta’ erba’ xhur li ġara xi ħaġa lil ajruplan tal-linja Malaysia Airlines, meta f’Marzu ajruplan ieħor li telaq minn Kuala Lumpur f’titjira lejn Beijing, għeb b’aktar minn mitejn u tletin persuna abbord. Jidher li dawn inċidenti qed ikollhom effetti ħżiena fuq il-linja tal-arju hekk kif jidher l-ishma tal-Malaysia Airlines tnaqsu b’11 fil-mija wara l-inċident ta’ nhar il-Ħamis.
//= $special ?>

