Fl-għoxrin anniversarju mill-attakk l-Assoċjazzjoni Arġentina-Iżraelita fiċ-ċentru ta’ Buenos Aires, attakk li seħħ propju fit-18 ta’ Lulju 1994 u li fih mietu 85 ruħ kien mfakkar f’messaġġ permezz ta’ vidjo mill-Papa Franġisku li meta seħħ l-inċident kien l-Isqof Awżiljarju ta’ Buenos Aires.
“It-talb tiegħi llum huwa għal vittmi, talb li huwa akkumpanjat ukoll min sejħa sabiex iseħħ il-ġustizzja f’dan il-każ”. Il-vidjo ntwera f’ċerimonja li saret fis-sit, illum mibni mill-ġdid u li għaliha kien hemm preżenti bosta qraba tal-vittmi.
Il-qrati Arġentini kienu ppuntaw it-tort għal dan l-attakk lejn l-Iran, xi ħaġa li l-istat Iranjan jiċħad.
//= $special ?>

