Lokali

Salvati mijiet ta’ immigranti iżda oħrajn jitilfu ħajjithom

Matul dawn l-aħħar tlett ijiem l-Forzi Armati ta’ Malta kienu mpenjati f’bosta operazzjonijiet ta’ salvataġġ li kienu jirrigwardaw immigranti rregolari. Fl-erbgħa każijiet kien hemm involuti 1,062 immigrant bil-Forzi Taljani jsalvaw 4,000 immigrant addizzjonali.

Fl-aħħar każ, propju matul il-lejl, fid-dgħajsa kien hemm madwar 400 immigrant, b’numru ta’ immigranti jinstabu mejta fuq id-dgħajsa possibilment mgħaffġa.

Matul dawn l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ l-Forzi Armati ta’ Malta kienu mgħejuna mill-Forzi Taljani.

Intant l-aġenzija Taljana ANSA rapportat li dgħajsa b’madwar sitt mitt immigrant bdiet tgħereq madwar tmenin mill barra il-kosta ta’ Lampedusa. F’dan l-inċident tilfu ħajjithom dsatax il-immigrant li mietu fgati minħabba dħaħen li ħarġu mill-magna antika tad-dgħajsa li kienu fuqha. Żewġ immigranti oħra jinstabu fl-isptar ta’ Palermo fi Sqallija f’kundizzjoni gravi filwaqt li numru ta’ immigranti kellhom jingħataw il-kura fl-isptar ta’ Lampedusa.