Lokali

‘Snatch and grab’ fuq raġel fil-Balluta

Informazzjoni li qed tasal lil Maltarightnow.com tgħid li ftit tal-ħin ilu fil-Balluta raġel ta’ madwar 54 sena safa’ misruq f’każ ta’ ‘snatch and grab’. Il-każ jidher li ġara biswit il-knisja.

Jidher li fis-serqa il-vittma sofra daqqa ta’ revolver f’rasu. L-aggressuri fil-kaz jidher li kienu ġuvni u tfajla.

Ftit tal-ħin wara fuq il-post waslet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar. Il-kundizzjoni medika tiegħu għadha mhux magħrufa.

Il-pulizija qed tinvestiga l-każ.

Aktar dettalji hekk kif jaslulna.