Għat-tieni sena konsekuttiva, il-Fondazzjoni Nazzarett se tkun qed torganizza edizzjoni taż-Żejtun FolkFest, festival mifrux fuq tlett ijiem bil-għan li jinġabru fondi għal Fondazzjoni Nazarett.
Dettalji dwar il-festival ta’ din is-sena taż-Żejtun FolkFest, u li jibda l-Ħamis 24 ta’ Lulju u jintemm is-Sibt 26 ta’ Lulju, ingħataw minn Glen Chircop, is-Segretarju ta’ Fondazzjoni Nazareth waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fi Ġnien San Girgor fiż-Żejtun, propju fejn se jittella’ l-festival.
Iż-Żejtun FolkFest, li d-dħul għalih se jkun b’xejn, jinkludi serata ta’ għana minn uħud mill-aqwa għannejja, majjalata, wirjiet minn diversi bands u kantanti kif ukoll wirja ta’ karozzi mill-Malta Mini Owners Club.
Il-programm tal-Festival, matul it-tlett ijiem kollha jibda filgħaxija, għall-ħabta tas-sebgħa, bil-programm tas-Sibt se jkun qed jinfetaħ mill-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca.
F’kull ġurnata se jkun hemm programm varjat b’diversi tillari tal-ikel u x-xorb, stands tal-ariġjanat Malti u stands oħra ta’ interess u f’parti mill-ġnien se jkun hemm żona għat-tfal bil-qliegħ kollu miż-Żejtun Folk Fest li se jmur b’risq Fondazzjoni Nazareth.
Fondazzjoni Nazareth taħdem ma’ u tipprovdi dar għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Il-Fondazzjoni tamministra tlett idjar; Dar Nazareth, Dar l-Arċipriet Degabriele u Dar Jean Vanier.
//= $special ?>