Lokali

Aktar kritika dwar il-ħatra ta’ Wenzu Mintoff bħala mħallef

Il-ħatra tal-ex Deputat Laburista Wenżu Mintoff bħala Imħallef mill-Gvern Laburista hi daqqa ta’ ħarta għar- riforma vera tal-qasam tal-ġustiżżja li l-Gvern qed jgħid li qed jagħmel.

Waħda mill-proposti li saret mill-Imhallef Giovanni Bonello li qed imexxi l-Kummmissjoni għar-Riforma Holistika fil-Ġustiżżja hi li l-Imhallfin ma jkunux innominati mill-gvern tal-gurnata, imma mill-Kummissjoni għall-Amministrażżjoni tal-Ġustiżżja.

Imma l-azzjonijiet jitkellmu aktar mill-kliem.

Din kienet silta mill-Editorjal ta’ The Sunday Times of Malta intitolat ‘Intergirity’ is not enougħ, li jitratta l-ħatra kontroversali ta’ Wenżu Mintoff bħala Imhallef mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

L-editorjal jifferi għal wegħdi ta’ Joseph Muscat qabel l-eleżżjoni generali li għaddiet u għal kritika tiegħu dwar it-tmexxija tal-Gvern Nażżjonalista ta’ dak iż-żmien. Imma l-Editur isostni li l-evidenża sal-lum turi li l-affarijiet marru għal agħar.

L-uniku argumet li gab il-Prim Ministru Muscat għal ħatra ta’ Wenżu Mintoff bħala Imhallef hu li l-integrita` ta’ Wenżu Mintoff qatt ma kienet fid-dubju. L-editorjal jgħid li b’dan l-argument il-Prim Ministru qed juri nuqqas ta’ serjeta`.

Filwaqt li jelenka r-rekwiżiti mehtiega biex wieħed jinhatar Imhallef, l-Editorjal jgħid fattur ieħor li jqajjem rabja dwar din il-ħatra hu l-involviment ta’ Wenżu Mintoff fil-politika partiġġajan matul il-karriera tiegħu. Fost dawn hemm li hu kien l-Editor tal-gazzetta tal-Partit Laburista u anke kien involut b’mod qawwi fil-makkinarju intern tal-Partit Laburista.

L-Editorjal itemm li meta wieħed iqis dawn il-fatturi kollha wieħed ma jistax ma jasalx għal konklużjoni li hemm ferm aktar nies adattati għal din il-kariga ta’ Imhallef li hi pożizzjoni li teħtieg il-fiduċja mill-oqsma kollha tas-soċjeta`.