Lokali

Il-Kap tal-PN jiltaqa’ ma’ parteċipanti tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil żar il-Pixxina Nazzjonali f’Tal Qroqq fejn fi tmien il-ġimgħa saru il-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm. F’dawn il-kampjonati ħadu sehem 220 għawwiem u għawwiema. Simon Busuttil iltaqa’ mal-President tal-Aquatic Sports Association, Joe Caruana Curran u mal-għawwiema li pparteċipaw fis-sessjoni tal-Ħadd filgħodu. Hu ltaqa’ wkoll mal-coaches mill-ħames clubs li ħadu sehem kif ukoll ma’ ġenituri u qraba tal-għawwiema.

Lejn tmiem iż-żjara tiegħu, Simon Busuttil ppreżenta l-medalji lill-għawwiema. Simon Busuttil kien akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u Sport, Robert Cutajar u ic-Chairman ta’ Team Sport PN, Robbie Ebejer.

Matul iż-żjara ta’ Simon Busuttil, saret minuta ta’ silenzju bħala tislima għall-memorja tal-Imħallef Gino Camilleri li miet il-Ħadd. Gino Camilleri kien serva bħala President tal-Aquatic Sports Association u bħala President tal-Kumitat Olimpiku Malti.