L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti Anglu Farrugia f’intervista ma dan is-sit qal li kien ippubblikat abbozz ta’ ligi dwar il-hatra ta’ Kummissarju tal-Istandards kif ukoll il-ħatra ta’ Kumitat Parlamentari dwar l-Etika.
L-Ispeaker qal li l-Kummissarju għal Istandards se jkollu poteri jinvestiga d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari.
Hu qal li tajjeb ukoll li jkun hemm qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni biex fid-dikjarazzjonijiet tal-assi wieħed mhux biss jiddikjara l-proprjeta` tiegħu imma wkoll il-valur tal-istess proprjetà.
Anglu Farrugia qal li fit-tfassil ta’ din il-liġi l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet attiva ħafna u jistenna li liġi tidħol fis-seġġ fix-xhur li ġejjin.
L-Ispeaker saħaq dwar il-ħtiega tal-awtonomija tal-Parlament li jrid ikun distakkat mill-ezekuttiv, jiġifieri mill-gvern tal-ġurnata. Hu qal li għal dan l-iskop hemm abbozz ta’ liġi dwar il-Parliamentary Services Act.
L-Ispeaker qal li l-ħsieb hu li meta l-Parlament jibda jiltaqa’ fil-bini l-ġdida fid-daħla tal-Belt wara l-waqfa tal-vaganzi tas-sajf, il-Parlament ikollu l-istazzjon tat-televiżjoni tiegħu.
Il-ħsieb hu li sakemm il-Parlament ikollu l-istazzjon tat-televizjoni tiegħu, mill-ewwel seduta li se ssir fil-Parlament il-ġdid, is-seduti kollha jibdew jixxandu video live streaming fuq l-Internet.
//= $special ?>