Il-Partit Nazzjonalista ingħaqad mal-poplu Malti u Għawdxi u sellem il-memorja tal-Imħallef Gino Camilleri.
Fil-karriera tiegħu, l-Imħallef Camilleri baqa’ jżomm l-integrita’ fuq quddiem fil-ħidma tiegħu fil-Qrati Maltin. L-Imħallef Gino Camilleri huwa xempju ta’ kif għandhom ikunu l-Imħallfin f’pajjiżna.
L-Imħallef Gino Camilleri ta kontribut ukoll lill-pajjiżna fis-settur sportiv, fost l-oħrajn bħala President tal-Kumitat Olimpiku Malti.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista kkonkluda billi jsellem lill-Imħallef Gino Camilleri u jagħti l-kondoljanzi lill-familja Camilleri f’dan il-mument diffiċli.
//= $special ?>