Futbol Sport

Iż-żagħżugħ Malti Louis Cutajar bi prova ma’ Burton Albion

Il-plejer ta’ ta’ taħt il-21 sena ta’ pajjiżna Louis Cutajar bħalissa jinsab bi prova mal-klabb ta’ Burton Albion. Hu kien parti mill-iskwadra li lbieraħ għelbet bl-iskor ta’ 4-0 lil Sheffield United.

Cutajar daħal bħala sostitut fis-70 minuta u skurja r-raba’ gowl tal-logħba.

Matul l-istaġun li għadda Cutajar, li jgħix l-Ingilterra, kien jilgħab għal Norwich United.

Lura fit-28 ta’ Mejju li għadda, Replay kien żvela li l-aġent ta’ Cutajar kien għaddej b’taħdidiet ma’ klabbs professjonali li kienu nteressati jakkwistaw liż-żgħażugħ.