Lokali

Jidaħħlu f’Malta 19-il immigrant mejta u aktar tard oħrajn salvati

Aġġornata: Iddaħlu Malta it-81 immigrant irregolari wara li ġew salvati mil-AFM għall-ħabta tas-12:45pm

Aktar kmieni: 19-il immigrant idaħħlu mejtin Malta wara li mietu fl-ibħra tal-Mediterran fl-aħħar sigħat.

Il-Patrol boat dehret f’Xatt it-Tiben għal ħabta tat-8.15am. Il-patrol boat kienet eskortata mill-Forzi Armata ta’ Malta.

Klandestini (35)

L-immigranti mietu fgati minħabba dħaħen li ħarġu mill-magna antika tad-dgħajsa wara li beda dieħel l-ilma fid-dgħajsa li kienu fuqha madwar 80 mil ‘il barra mil-kosta ta’ Lampedusa.

Rapporti jgħidu li fost dawk salvati kien hemm koppja li insistiet li tieħu magħha, lejn l-Italja, il-kadavru tat-tarbija li mietet f’din it-traġedja.

Minbarra it-tarbija, ġie rrapuratat li fit-traġedja tas-Sibt tilfu ħajjithom tnejn u tletin oħra hekk kif belgħu dħaħen li ħarġu mill-magna tad-dgħajsa li bdiet wkoll tagħmel l-ilma, madanakollu se tkun qed issir awtopsja fuq l-iġsma.

Fuq il-post hemm l-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija kif ukoll il-Maġistrat tal-Għassa Aron Bugeja

Klandestini (36)