Lokali

Marsaxlokk reġa’ bla dawl

Parti minn Marsaxlokk għal darb’oħra tinsab bla dawl, hekk kif is-servizz tal-elettriku telaq għall-ħabta ta’ 12pm. Din hi r-raba’ ġimgħa konsekuttiva li partijiet minn Marsaxlokk jinsabu bla elettriku.

Sidien ta’ ristoranti li tkellmu ma maltarightnow.com qalulna li d-dawl ilu jinqata għal dawn l-aħħar erba’ ġimgħat bejn nofsinhar u s-satejn. Jidher li l-aktar li qed jiġu milquta huma dawk li għandhom ir-ristoranti fin-naħa tal-pjazza ta’ Marsaxlokk. Huma jinsabu ferm irrabjati speċjalment għax waqt dawn il-ħinijiet il-ħwienet ikunu mimlija klijenti.