Tifel ta’ 12-il sena minn Ħal-Għaxaq ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li llbieraħ waqa’ f’bir f’Ħal-Għaxaq stess.
L-inċident seħħ f’post vojt fil-propjeta tal-M.U.S.E.U.M tas-subien f’Ħal-Għaxaq fi Triq San Bastjan għall-ħabta tat-20:00.
Fil-post ssejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li għenu biex it-tifel seta’ jittella’ mill-bir. Issejħu wkoll fil-post membri mill-Korp tal-Pulizija u t-tim mediku mill-Isptar Mater Dei. It-tifel ittieħed l-Isptar permezz ta’ Ambulanza, fejn qed jingħata aktar kura.
Il-Kundizzjoni tat-tifel għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>