Sport

Żagħżugħ b’dixxindenza Maltija bi prova mal-United

Żagħżugħ ieħor ta’ dixxindenza Maltija li jinsab fuq il-kotba ta’ West Ham ingħata prova mal-klabb ta’ Manchester United.

Qed nitkellmu dwar Oscar Borg, li skont rapporti f’gazzetti Ingliżi, hu “the next Gareth Bale”. Il-bużnanniet ta’ Borg filfatt huma Maltin.

Din l-aħbar kienet irrapurtata fis-sit givemesport.com li rrapurtat ukoll li anke’ Southampton ippruvaw jakkwistaw lil Borg, l-istess klabb li pproduċa propju lil Gareth Bale.

West Ham jixtiequ jżommuh magħhom hekk kif saħansitra anke’ d-diriġenti tal-klabb jirreferu għalih bħala Gareth. Madankollu Oscar mhux marbut b’kuntratt u jista’ jiċċaqlaq fejn irid.

Jekk Manchester United iżommu lil Borg, huma jridu jħallsu s-somma ta’ £220,000 lil West Ham bħala kumpens.