Lokali

€162,467 miġbura waqt ‘Oħloq Tbissima’

Matul it-12il edizzjoni tal-Maratona Oħloq Tbissima inġabret is-somma ta’ €162,467 ewro – flus li se jintużaw biex jgħinu lill-missjunarji tas-Soċjeta’ ta’ San Pawl.

Il-maratona ta’ 60 siegħa, li partijiet minnha xxandru wkoll fuq Net Television, intemmet il-Ħadd filgħaxija.

Minbarra l-missjonijiet tal-missjurnarji ta’ San Pawl barra minn xtutna; fil-Peru’, il-Pakistan u fil-Filippini, il-fondi li nġabru se jintużaw ukoll għal Dar San Gużepp li tilqa’ 13-il tifel. Fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jidħlu ħames subien oħra biex id-dar tilħaq il-kapaċita’ massima tagħha.

Il-linji tat-telefon se jibqgħu miftuħa għad-donazzjonijiet sal-aħħar tax-xahar. Wieħed jista’ jibgħat ukoll donazzjoniet permezz ta’ SMS.