Minn informazzjoni li għandu dan l-istazzjon jirriżulta li l-kandidat Laburista għall-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Mario Farrugia Borg ssottometta erba’ t’ijiem tard id-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tiegħu għall-kampanja ta’ din l-elezzjoni.
Il-Kapitlu tlett mija, erba’ u hamsin (354) tal-Liġijiet ta’ Malta li huwa l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali jispjega f’Artiklu 50 tal-14-il skeda li “fi żmien 31 ġurnata wara l-ħruġ tar-riżultat ta’ elezzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern, l-aġent elettorali ta’ kull kandidat f’dik l-elezzjoni għandu jibgħat lill-kummissjonarju rapport tal-ispejjeż elettorali ta’ dik il-persuna.”
Id-data meta l-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kellhom jissottomettu din id-dikjrazzjoni kien nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Lulju 2014. Jirriżulta li Mario Farrugia Borg issottometta d-dikjarazzjoni tiegħu erba’ t’ijiem tard hekk kif għamel dan fit-8 ta’ Lulju 2014.
Il-liġi tistipula li d-dikjarazzjoni għandha issir b’ġurament quddiem Maġistrat u mill-informazzjoni li għandu in-nazzjon anke id-data tal-ġurament ta’ Farrugia Borg kienet it-8 ta’ Lulju 2014.
Minbarra li kien kandidat Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Mario Farrugia Borg huwa Segretarju fis-Segretarajat Privat tal-Prim Ministru. Jirriżulta li d-deċiżjoni dwar jekk għandhomx jittieħdu passi fuq dan id-dewmien biex Mario Farrugia Borg jissottometti id-dikjarazzjoni tal-ispejjeż hija tal-Avukat Ġenerali.
//= $special ?>