Minkejja l-għajta tal-Partit Laburista waqt il-kampanja elettorali tas-sena l-oħra li tista’ ma taqbilx magħna, iżda tista’ taħdem magħna, jidher biċ-ċar li lanqas persuni ta’ twemmin Laburista ma jistgħu jesprimu l-opinjoni tagħhom, li ma jkunux ibbumbardjati b’numru ta’ attakki u insulti.
Issa kien imiss kunsillier tal-Partit Laburista fl-Isla, Ramon Mangion, li jattakka lid-deputata Laburista Marlene Farrugia.
Fuq Facebook, il-kunsillier Mangion talab lil Marlene Farrugia biex tirriżenja u tħalli l-post tagħha għal min huwa lest li effettivament jikkolabora.
Dan b’reazzjoni għall-fatt lid-deputata Laburista Marlene Farrugia ma marritx tivvota fil-parlament fil-vot dwar il-privatizzazzjoni tal-Enemalta.
F’dawn l-aħħar jiem, id-deputati Laburisti Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia esprimew nuqqas ta’ qbil dwar il-proposti tal-Gvern li ma jagħmilx l-elezzjonijiet li jmiss tal-kunsilli lokali u dwar il-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-Enemalta.
Dwar il-vot fil-parlament fuq l-Enemalta, Marlene Frarugia qalet li hu tajjeb li jsir investiment maċ-Ċiniżi u sostniet li l-Enemalta kellha dejn kbir u għalhekk bilfors riedu jittieħdu azzjonijiet biex issolvi l-problemi anki minħabba li dan kien qed jaffettwa l-finanzi tal-pajjiż. Id-Deputat Laburista qalet li hu pożittiv li l-gvern indirizza din il-problema iżda biex l-Enemalta tkun salvata kellhom ikunu esplorati l-opportunitajiet kollha possibbli u mhux s-sħubija maċ-Ċiniżi.
Marlene Farrugia kkritikat il-fatt li l-Memorandum Of Undersatnding għadu mhux ippubblikat.
Dan l-ahhar id-Deputat Laburista Marlene Farrugia espremiet ukoll opinjoni kontra l-proposta li ma jsirux l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Hi qalet li din tista’ twassal għall-qerda tal-kunsilli lokali.
//= $special ?>