Chris Said qal li l-abbozz aktar jitkellem dwar kif jiġu regolati l-partiti milli kif għandhom ikunu finanzjati l-partiti. Il-partiti huma importanti f’kull demokrazija u ħafna drabi huma l-politiċi stess li jibgħatu messaġġ ħażin lill-pubbliku dwar il-politika. Meta d-diskussjoni tieħu tendenza ta’ parti kontra oħra jkun qed jintbagħat messaġġ ħażin li ma jagħtix stampa korretta tas-servizz li jintgħata permezz tal-politika.
Chris Said qal li meta ssir proposta li jkun hemm finanzjament tal-partiti politiċi mill-istat isiru ħafna kummenti kontra. Wieħed għandu jħares lejn l-istorja politika tal-pajjiż u jara parteċipazzjoni qawwija mill-poplu fl-elezzjonijiet kif ukoll is-servizz li l-partiti taw għall-iżvilupp tal-pajjiż. Meta jkun il-politiku stess li jibgħat messaġġ li l-poplu ma għandux jikkontribwixxi jkun qed jibgħat messaġġ ta’ nuqqas ta’ rikonoxximent għal dak li wettqu l-partiti.
Chris Said qal li l-partiti għandhom ikunu l-vuċi tal-ħafna u għandu jkollhom il-mezzi biex ikunu jistgħu jwettqu dan. Il-partiti politiċi ma għandhomx ikunu mixtrija.
Id-Deputat Nazzjonalista qal li r-regolamentazzjoni tal-partiti politiċi hu pass fid-direzzjoni t-tajba iżda hu importanti li l-partiti jissaħħu biex ikollhom l-għodda essenzjali ħalli jkunu l-vuċi tan-nies.
Chris Said fakkar fis-sehem importanti tal-partiti politiċi fil-kisba tal-indipendenza. Il-partiti politiċi kienu strumentali wkoll biex il-pajjiż avanza fl-oqsma kollha li tejbu l-ħajja tal-poplu kif kienu strumentali biex għaxar snin ilu pajjiżna tela’ fil-livell tal-pajjiżi oħra ewropej.
Chris Said qal li l-finanzjament tal-partiti jeżisti f’ħafna pajjiżi oħra ewropej u mhux. Hu ħażin li jkun hemm min b’finanzjament jikseb il-kontroll ta’ partit politiku. Diversi pajjiżi jadottaw sistema differenti ta’ finanzjament pubbliku b’ċerti każi jintużaw inċentivi għal parteċipazzjoni akbar ta’ nisa u żgħażagħ fil-politika.
Semma fost affarijiet sistemi użati fl-Ingilterra, fl-Irlanda, fil-Lussemburgu, f’Ċipru, Estonja, :ermanja u l-Awstrija.
Id-Deputat Nazzjonalista qal li f’Malta diġa’ tintuża din is-sistema parzjalment b’għotja ta’ 10,000 ewro lill-partiti rappreżentati fil-Parlament għal xogħol relatat mal-ħidma fil-parlament.
Chris Said qal li dan is-sistema għandha tkun issa rikonoxxuta fil-liġi u estiża anke għal partiti li mhumiex rappreżentati fil-Parlament.
Chris Said qal li l-Oppożizzjoni għamlet proposta biex jitwaqqaf working group biex jara x’qed jiġri f’pajjiżi oħra u anke jadatta l-aħjar regoli għall-pajjiż. Dan il-working group jista’ jitwaqqaf biex ladarba l-abbozz ikun diskuss meta l-Parlament jiltaqa’ wara l-waqfa tas-sajf ikunu jistgħu jsiru l-emendi meħtieġa.
Id-Deputat Nazzjonalista qal li s’issa l-proposta tal-Oppożizzjoni biex ikun hemm finanzjament tal-partiti ġiet milqugħa b’mod negattiv mill-partit fil-Gvern u mill-media Laburista.
Chris Said qal li hu minnu li wara l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista kellu jieħu deċiżjonijiet iebsa minħabba s-sitwazzjoni ekonomika. Dan ġie minħabba li l-PN kien qed jopera l-istazzjoni tat-televiżjoni b’telf u anke minħabba l-bini tad-Dar ?entrali. Illum il-PN irnexxielu jwaqqaf it-tnixxiegħa tad-demm mill-ferita.
{afna qalu li l-PN qatt ma kellu jiġi f’din is-sitwazzjoni. Dan iżda hu prova ċara li l-PN minkejja 25 sena fil-Gvern qatt ma ħaxxen butu billi aprofitta ruħu mill-fatt li kien fil-Gvern. Dan ma jistax jingħad għall-Partit Laburista li fil-ftit xhur li ilu fil-Gvern ra kif għamel biex ikompli jħaxxen il-but tal-partit tiegħu.
Chris Said qal li minkejja s-sitwazzjoni li għandu, il-PN mhux jiddejjaq jagħmel il-proposti tiegħu li huma maħsuba għall-partiti politiċi kollha u huma maħsuba għall-futur.
Chris Said qal li l-Partit Laburista ma għandu l-ebda ħsieb li jagħmel lill-partiti politiċi fuq l-istess livell. Dak li qed joġġezzjona għalih il-PL illum imur kontra l-mod kif kien jaħsibha ftit snin ilu. Kummenti f’dan is-sens kienu espressi minn Alfred Sant u Michael Falzon fost oħrajn.
Chris Said qal li mill-1 ta’ Jannar li ġej il-partiti mhux se jitilqu mill-istess livell. Il-proprjetajiet li għandu l-PN huma proprjetajiet li xtara u akkwista b’ħidma li wettaq hu stess. Mill-banda l-oħra l-Partit Laburista għandu ħafna u ħafna proprjetajiet li huma proprjetajiet pubbliċi. Il-Partit Laburista dejjem stagħna u saħħaħ finanzjarjament lilu nnifsu kull meta kien fil-Gvern.
Fil-Gudja, Gvern Laburista tella’ bini fuq art pubblika biex ikun hemm klinika pubblika fil-lokalita’ iżda din spiċċat biex ingħatat lill-PL bħala każin. L-istess ġara fir-Rabat Għawdex u fir-Rabat Malta. Bini pubbliku spiċċa għadda għand il-Partit Laburista bħala każin. Il-Partit Laburista għandu 22 post tal-Gvern li huma mikrija lilu b’kera mill-aktar baxxa ta’ ftit ċenteżmi kuljum.
Il-każin tax-Xagħra Għawdex imbena b’ġebel tal-Gvern li suppost kellu jkun kjosk tat-telefon iżda spiċċa ttella’ minfloku, każin. Dwar dan kollu, dwar kif il-poplu qed jiffinanzja lill-Partit Laburista, l-abbozz ta’ liġi ma jsemmi xejn.
Chris Said qal li hemm l-Australia Hall. Il-PL jgħid li din ngħatat bi tpattija għall-Freedom Press. Għall-din il-binja fil-Marsa, l-PL ngħata 14,00 metru kwadru proprjeta’ f’Pembroke u nħawi oħra.
Fis-snin li għamel fil-Gvern, il-PL niżżel ukoll il-livell ta’ ħarsien li kellha din il-proprjeta’ minħabba l-importanza storika. Naqas ukoll milli jieħu ħsieb il-proprjeta’ biex ikompli jnaqqas il-livell. Ħaġa mill-ewwel affarijiet li għamel il-Gvern Laburista wara li kien elett is-sena li għaddiet kien li ċeda l-kawża li kienet qed issir fil-Qorti.
Chris Said spjega li l-Freedom Press u l-artijiet ta’ madwarha kienu ta’ madwar 8,000 metru kwadru b’ċens. Bi tpattija l-PL ngħata 14,000 metru kwadru f’Pembroke, Lm14,000 fi flus kif ukoll flus għall-ispejjeż tal-ġarr kif ukoll fabbrika fil-Marsa fejn illum hemm l-istazzjon tat-televiżjoni Laburista. Il-PL kien ngħata wkoll il-Maċina.
Chris Said qal li kien hemm proprjetajiet oħra li kienu rekwiżizzjonati mingħand il-privat biex jingħataw għal skop ta’ residenza. Iżda dawn spiċċaw bħala każini tal-PL. Dawn jinsabu fin-Naxxar, f’Raħal :did, f’Santa Venera, fil-Pieta’, fil-Kalkara u f’San :iljan. Hu sfida lill-Partit Laburista biex jgħaddi lura dawn il-proprjetajiet lis-sidien li mingħandhom ġew rekwiżizzjonati u jagħtihom il-kumpens li jixirqilhom.
Chris Said qal li m’hemmx dubju li l-PL stagħna bi proprjetajiet li ngħatawlu minn gvernijiet laburisti. Il-liġi m’hi se tagħmel xejn għal dawn il-proprjetajiet maħtufa mill-gvernijeit laburisti u mgħoddija lill-PL.
Chris Said qal li l-PN ġie akkużat li jrid ikun finanzjat minn fondi pubbliċi iżda qed jaħbi l-fatt li l-PL ilu snin twal jiġi finanzjat minn flus il-poplu.
Chris Said tkellem ukoll dwar id-dewmien biex titressaq il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti. Hu fakkar li kien twaqqaf kumitat biex ikun hemm diskussjoni ħalli jintlaħaq kunsens. Kien il-PL li rtira minn dak il-kumitat u għażel li ma jkomplix jieħu sehem fid-diskussjonijiet.
//= $special ?>