Internazzjonali

In-Nazzjonijiet Uniti tinsisti għall-waqfien mill-ġlied

In-Nazzjonijiet Uniti qed tinsisti li għandu jkun hemm waqfien mill-ġlied immedjata.

Il-ġurnata tal-Ħadd kienet meqjusha bħala l-agħar ġurnata s’issa fil-ġimgħatejn ta’ ġlied fil-Medda ta’ Gaza. Ġurnata li fiha 100 Palestinjan u 13-il suldat Iżraeljan inqatlu.

Hu stmat li issa l-vittmi qorbu s-600 persuna b’ħafna minnhom nisa u tfal.

Il-Hamas qed isostni li rnexxielu jaqbad suldat Iżraeljan priġunier imma l-Gvern Izraeljan qed jiċħad dan kollu.