Is-sitwazzjoni fil-Libja reġgħet qalbet għall-agħar wara li krolla waqfien mill-ġlied fi Tripli u ostaġġ instab b’rasu maqtuha.
Ħaddiem Filippin instab b’rasu maqtuha f’Bengazi ftit ġranet wara li kien inħataf
Skont il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Filippini, ir-raġel kien inħataf fil-15 ta’ Lulju f’Bengazi u t-Tnejn, instab il-katavru mbiċċer u bla ras. Meta kien inħataf hu kien f’vettura ma tliet persuni oħra – Libjan u Pakistan – u skont il-kelliem tal-Gvern Filippin, hu nħataf u nqatel aktarx għaliex kien l-unika Nisrani fil-grupp.
Bħala konsegwenza ta’ dan il-qtil, il-Gvern Filippini beda l-evakwazzjoni tat-13,000 Filippini fil-Libja u dan se jsir mit-Tuneżija u l-Eġittu.
Sadattant iċ-ċentru ewlieni tal-ġlied qed ikun l-ajruport internazzjonali ta’ Tripli. Dan hekk kif militanti Islamiċi qed jippruvaw jieħdu l-kontroll tiegħu.
Hu stmat li fil-ġlied bejn il-Ħadd u t-Tnejn nqatlu tal-anqas 50 persuna, fil-maġġoranza nies ċivili. Apparti minnhekk, rapporti minn Tripli qalu li hemm madwar 120 persuna oħra li ndarbu.
L-ajruport innifsu jinsab f’ħerba sħiħa b’ajruplani u bini madwar l-ajruport jaqbad. Apparti l-ajruport u hemm ġlied qalil għaddej fis-subborgi fil-Punent ta’ Tripli.
Il-missjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Libja qed tipprova tikkonvinċi n-nahat involuti fil-glied biex jieqfu imma minghajr success. L-ajruport jinsab f’idejn il-militanti ta’ Zintan li huma meqjusha bhala l-armata tal-elementi liberali fi hdan il-Gvern Libjan.
Il-Parlament Malti għandu jiddiskuti s-sitwazzjoni fil-Libja b’mod urġenti – il-PN
Sadanittat fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista kkundanna dak li qed jigri fil-Libja u sahaq li fil-Parlament Malti b’mod urġenti ghandu jiddiskuti s-sitwazzjoni preżenti fil-Libja.
L-istqarrija tfakkar fil-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista fil-Parlament biex is-sitwazzjoni fil-Libja tiġi diskussa. Iżda għaddew ħamest ijiem u il-Gvern għadu ma weġibx għal din it-talba minkejja li fl-ahhar jiem gie zvelat wkoll li bosta persuni Maltin mhux qed isibu għajnuna mill-Ambaxxata Maltija f’dan il-pajjiż ġar tagħna.
L-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed tinsisti li d-dibattitu fil-Parlament isir b’mod urġenti u qabel il-Parlament jaġġorna għall-vaganzi tas-sajf. Il-Partit Nazzjonalista qed jappella lill-Gvern biex jagħti rendikont ta’ xi pjani għandu għall-possibilita’ ta’ evakwazzjoni tal-Maltin mill-Libja.
//= $special ?>