Aġġornata b’filmat u kummenti ta’ Maltin li ġew evakwati mil-Libja lejn Malta
Għall-ħabta tas-6pm, ajurplan tal-linja tal-ajru ‘Medavia’ niżel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara operazzjoni biex jiġu lejn Malta grupp ta’ Maltin li jaħdmu fil-Libja li riedu jiġu evkawati mil-Libja hekk kif is-sitwazzjoni f’dan il-pajjiż kompliet tiggrava.
Mal-wasla tiegħu, l-ajruplan waqaf fil-‘hangar’ tal-Lufthansa Technik. L-ajruplan telaq mill-ajruport militari ta’ Mitiga.
Fl-aħħar siegħat is-sitwazzjoni fil-Libja kompliet tiggrava, tant li l-Partit Nazzjonalista talab li ssir diskussjoni urġenti fil-Parlament Malti biex tiġi diskussa din il-kwistjoni – l-aktar minħabba l-eventwalita’ li jkun hemm bżonn ta’ operazzjonijiet ta’ evakwazzjoni urġenti ta’ Maltin mil-Libja.
Agħfas hawn għal storja b’dettalji dwar is-sitwazzjoni bħalissa fil-Libja u l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar il-qagħda fil-pajjiż ġar tagħna.
Sa’ ftit jiem ilu, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella qal, f’kummenti lill-midja, li m’hemmx lok ta’ evakwazzjoni għax skont il-Ministru, meta Malta tiddeċiedi li tevakwa, tkun qed tibgħat messaġġ politiku li jista’ joħloq effett fuq pajjiżi oħra. Iżda wara pressjoni li saret, illum f’pajjiżna wasal ajruplan b’grupp ta’ Maltin li ġew evakwati mil-Libja.
//= $special ?>