Internazzjonali

L-ETA tkompli xxolji

Il-grupp separatista Bask, l-ETA, ħabbar li kien xolja l-istrutturi loġistiċi u organizzativi li kienu jintużaw fil-kampanja militari tiegħu. Dan bħala parti mill-proċess biex ixxolji għal kollox.

Il-ġurnal Bask, Gara, ħabbar dan meta kkwota minn dikjarazzjoni li bagħtet l-Euskadi Ta Askatasuna (ETA) u li bil-Bask tfisser “Artna Baska u l-Liberta”.

Il-grupp qal li kien xolja dawk l-istrutturi tiegħu li kienu marbuta mal-attakki li kien iwettaq hekk kif qed ikompli bil-bidla minn ġlieda armata mal-Gvern Spanjol għal ġlieda demokratika.

L-ETA hi meqjusha bħala r-responsabbli ta’ 829 persuna tul dawn l-aħħar 40 sena permezz ta’ bombi jew sparaturi bl-iskop li jikseb art indepdendenti fiz-zona Baska li tkopri t-Tramunana ta’ Spanja u n-Nofsinhar ta’ Franza.

F’Ottubru tal-2011, il-grupp kien iddikjara “tmiem definitiv” għalla-ttivita armata u fi Frar ta’ din is-sena spetturi internazzjonali ħarġu filmat li jrui armi tal-ETA lesti beix jinqerdu.

Imma l-grupp għadu ma xoljiex formalment u mingħajr kundizzjonijiet kif talbu l-Gvernijiet ta’ Spanja u Franza. Barrmainhekk il-Gvern Spanjol qed jirrifjuta li jiċċaqlaq dwar waħda mit-talbiet ewlenin tal-ETA, li hi dik li jinħelsu l-membri tal-ETA li jinsabu l-ħabs.

L-ETA tul dawn l-aħħar snin tilfet ħafna mill-popolairta u saħħa, kemm minħabba l-ħidma tal-Pulizija Spanjola u Franċiża kif ukoll il-kundanna kbira kull darba li wettqu attentat.