Raġel ta’ 73 sena sofra ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur fi Triq il-Kosta f’Baħaq iċ-Ċagħaq.
L-impatt seħħ bejn mutur tat-tip Kymco Xciting misjuq minn r-raġel ta’ 73 residenti ż-Żejtun u karozza tat-tip Toyota misjuqa minn raġel ta’ 68 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fil-post wasal tim mediku mill-Istar mater Dei li ħa s-sewwieq tal-mutur l-Isptar għal aktar kura.
Is-sewwieq tal-mutur ma jinsabx fil-periklu li jitlef ħajtu. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ
//= $special ?>