Internazzjonali

Passi kontra l-militanti Islamiċi

Hekk kif qed jiżdiedu l-attakki minn militanti Islamiċi fit-Tuneżija, partikolarment tul il-fruntiera mal-Alġerija, l-awtoritajiet fi tmiem il-ġimgħa bdew jieħdu passi kontra dawk il-moskei u mezzi tax-xandir li għandhom rabtiet ma’ estremisti Islamiċi. Dan wara li militanti fl-inħawi tal-Muntanji Chaambi kienu qatlu 14-il suldat Tuneżina.

Il-moskei fil-mira huma dawk fejn kien hemm rapporti ta’ ċelebrazzjonijiet wara l-aħbar li nqatlu s-suldati. Barraminhekk dawk il-mezzi tax-xandir li jħabbru messaġġi tal-militanti se jibdew jingħalqu.