Iċ-China Communications Construciton Company, il-kumpanija li se tagħmel b’xejn l-istudju ta’ €4 miljun dwar il-flessibbilta’ tal-pont bejn Malta u Għawdex, imsemmija b’mod negattiv internazzjonalment.
Kienet il-gazzetta ‘The Malta Indipendent’ li tat dettalji dwar il-mod kif din il-kumpanija għandha reputazzjoni li tagħti perkaċċi u twiegħed finanzjament biex tirbaħ il-kuntratti.
Żewġ uffiċjali mit-Tanzjanija kienu akkużati bi frodi dwar l-għoti ta’ kuntratt ta’ 523 miljun dollaru liċ-China Communications Construction Company għall-espanzjoni tal-port f’Dar es Salaam.
Jirriżulta li l-proġett kien abbandunat meta diversi uffiċjali qajmu mistoqsijiet dwar ir-rati ferm għolja li kienu marbuta ma’ dan il-proġett, li fil-fatt kienu d-doppju ta’ dawk li normalment jitħallsu.
Aktar kmieni din is-sena Deputat Kenjan sostna li kien hemm elementi suspettużi wara l-għoti ta’ kuntratt lill-istess kumpanija Ċiniża għall-bini ta’ toroq.
Anki f’dan il-każ il-kumpanija blacklisted Ċiniża għamlet studju b’xejn iżda l-ispejjeż kienu għolja immens.
Fl-aħħar żjara tiegħu fiċ-Ċina l-Prim Ministru Joseph Mucat iltaqa’ mal-president tal-kumpanija blacklisted Ċiniża.
L-indikazzjonijiet huma li kumpanija sussidarja taċ-China Communication Construction Company, se tingħata x-xogħol għall-bini tal-breakwater bejn il-Belt u Tas-Sliema. Kien il-Prim Ministru Muscat li ddikjara li l-kumpanija blacklisted Ċiniza se tkun involuta f’aktar proġetti f’Malta
Fl-2010 it-tifel iż-żgħir tal-eks prim Ministrru tal-Bangladesh kien mibgħut il-ħabs wwara li aċċetta tixħim mill-kumpanija Ċiniża għal proġett fil-port ta’ Chittangong fil-Bangladesh.
Internazzjonalment hemm ukoll kritika qawwija għall-mod kif iċ-Ċiniżi jibnu l-pontijiet tant li bejn l-2007 u l-2012 fiċ-Ċina waqgħu 18-il pont li wasslu għall-mewt ta’ 135 persuna. In-New York Times irrapportat li l-waqa’ ta’ numru kbir ta’ pontijiet fiċ-Ċina hi attribwita għall-korruzzjoni involuta.
//= $special ?>